Greċja: L-MPs jivvutaw favur it-tieni sett ta’ riformi ‘kruċjali’

Pass ieħor ‘il quddiem għall-Greċja hekk kif ilbieraħ il-Parlament ivvota favur it-tieni sett ta’ riformi, ikkunsidrati ‘kruċjali’, biex nhar il-Ġimgħa jkunu jistgħu jibdew in-negozjati għal bailout ta’ €86 biljun mill-Unjoni Ewropea.
Ir-riformi jinkludu bidliet fis-sistema bankarja u f’dik ġudizzjarja.
Waqt id-dibattitu Parlamentari, eluf ta’ persuni ipprotestaw barra l-bini tal-Parlament. F’mumenti l-protesti ħadu xejra vjolenti, bid-demostranti jitfgħu bombi tal-petrol lill-Pulizija.
Minkejja li kien hemm biża’ ta’ ribelljoni mill-Membri Parlamentari dwar dan it-tieni sett ta’ miżuri, ir-riformi ġew approvati b’230 vot.