Greċja: Jinħoloq partit ġdid tliet ġimgħat qabel l-elezzjoni

L-eks Prim Ministru Grieg George Papandreou ħoloq partit ġdid li se jkun qed jikkontesta l-elezzjonijiet Griegi ta’ tliet ġimgħat oħra.
Għalkemm dan il-partit ġdid, imsejjaħ ‘Moviment għall-bidla’ għadu ma stabilixxix il-politika tiegħu, għandu ideoloġiji politiċi xellugin.
Filfatt, il-membri fi ħdan dan il-partit qed jisperaw li jġibu voti mill-partit xellug-ċentrali PASOK.
Papandreou qal li fil-ġranet li ġejjin se jkunu qegħdin iduru mal-Ġreċja kollha biex jiltaqgħu maċ-ċittadini.  
L-elezzjonijiet Griegi huma fl-interess għall-membri tal-Unjoni Ewropeja minħabba li jista’ jagħti l-każ li jiġi elett l-ewwel partit fil-Gvern kontra l-awsterità.