Greċja: Il-Parlament illum jivvota fuq it-tieni sett ta’ riformi

Fil-Greċja, illum il-Parlament se jivvota fuq it-tieni sett ta’ riformi meħtieġa biex jiġi assigurat il-ftehim tal-bailout.
Jekk il-Membri Parlamentari japprovaw ir-riformi finanzjarji u ġudizzjarji, il-Greċja tkun tista’ tissokta bin-negozjati għall-bailout ta’ €86 biljun mill-kredituri.
Il-vot mistenni jgħaddi bl-appoġġ tal-partiti fl-oppożizzjoni.
Il-Prim Ministru Grieg Alexis Tsipras fl-aħħar jiem ħadem biex jikkonvinċi lill-kollegi tiegħu tal-partit Syriza, li l-poplu Grieg jixtieq jibqa’ fiż-żona ewro.
Madanakollu hemm possibiltà li Tsipras jaffaċċja ribelljoni minn membri tal-partit hekk kif fil-vot tal-ġimgħa li għaddiet 32 membru parlamentari fosthom l-eks-Ministru tal-Finanzi Yanis Varoufakis ivvutaw kontra l-miżuri tal-bailout.