Greċja: Ikel skadut għall-bejgħ … imma bi prezz irħas!

Id-dramm tal-kriżi finanzjarja fil-Greċja jidher li m’għandux tmiem.

Mil-lum, fil-pajjiż daħlet miżura oħra kontra l-kriżi: is-supermarkets bdew ibiegħu ikel skadut bi prezz imraħħas.

L-ikel skadut qed jitpoġġa fuq xkafef apposta biex ma jitħalltux mat-tajbin. 

Il-prodotti skaduti ma jistgħux jinbiegħu lir-ristoranti u ħwienet oħra tax-xorb u ikel.

L-Assoċjazzjoni tal-Konsumaturi ddeskriviet din il-miżura bħala “offiża għad-dinjità tal-poplu Grieg”.