Greċja: Għada il-banek se jibqgħu magħluqin

Għada t-Tnejn, il-banek Griegi se jibqgħu magħluqin wara li l-Bank Ċentrali Ewropew (ECB) iddeċieda li se jieqaf isellef il-flus lill-banek f’dan il-każ t’emerġenza.
F'rapporti internazzjonali ntqal li s-settur tal-banek Grieg jista’ jibqa’ magħluq għal ġimgħa sħiħa, sakemm isir ir-referendum nhar il-Ħadd li ġej.
Id-deċiżjoni tal-ECB tista’ tfisser konferma li l-Greċja mhux se tibqa’ fiż-żona Ewro.