Ġreċja: Dimostrazzjoni għax se jitnaqqsu 11,400 impjieg

F’Ateni saret dimostrazzjoni b’solidarjetà ma’ eluf ta’ ħaddiema Griegi li se jitilfu l-impjieg tagħhom minn mas-settur pubbliku.
Matul din is-sena, il-Gvern Grieg mistenni jnaqqas 11,400 post tax-xogħol, jiġifieri l-ħames sena konsekuttiva ta’ tnaqqis fl-impjiegi fis-settur pubbliku.
Fil-Greċja, qed isir strajk ta’ jumejn bil-għan li l-ħaddiema jwasslu messaġġ lill-Gvern Grieg.
Il-Greċja kellha ddaħħal sensiela ta’ miżuri bil-għan li tlaħħaq mas-self ta’ €240 biljun mill-Kummissjoni Ewropea, l-Bank Ċentrali Ewropew u l-Fond Monetarju Internazzjonali.