Greċja: Arrestati erba’ b’rabta mat-terroriżmu

Fil-Greċja, il-pulizija arrestat erba’ persuni ssusspettati jihadisti, b’rabta ma’ attakk terroristiku li kważi sar fil-Belġju l-ġimgħa li għaddiet.
Uffiċjali Belġjani qalu iżda li m’hemmx evidenza li dawn il-persuni kellhom kollha x’jaqsmu fl-istess operazzjoni ta’ terroriżmu.
Bħalissa l-Ewropa qeda b’seba għajnejn wara l-attakk li sar f’Pariġi għaxart ijiem ilu, fejn inqatlu 17-il persuna.
Aktar minn 20 persuna kienu arrestati b’rabta ma’ dawn l-attakki.
Il-Ħamis li għadda, truppi militari fil-Belġju għamlu serje ta’ rejds, filwaqt li lbieraħ kienu għassa f’postijiet li jistgħu jkunu fil-mira ta’ attakki.