Grech jiżola ruħu wara li martu tirriżulta pożittiva għall-Covid-19

Sarah Cassar Dymond

Read in English.

Il-kandidat għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qiegħed f’iżolament wara li martu Anne Marie rriżultat pożittiva għall-Covid-19.

Fi stqarrija, Grech spjega li kien hem każ pożittiv ta’ persuna li tattendi l-istess gym li tattendi martu.

Fuq parir tal-awtoritajiet tas-saħħa, martu iżolat ruħha mill-ewwel u ħadet test li ħareġ negattiv. Minkejja dan, fuq parir tal-istess awtoritajiet, baqgħet f’iżolament u ħadet test ieħor li rriżulta pożittiv.

Grech spjega li ma kienx f’kuntatt ma’ martu f’dan il-perjodu, u li ma kellu l-ebda sintomu. Però, fuq parir ta’ professjonisti mediċi, iddeċieda li minnufiħ jiżola ruħu bħala prekawzjoni.

B’hekk il-preżenza fiżika tiegħu fil-kampanja elettorali qiegħda tiġi sospiża, bi Grech ikompli jieħu sehem fiha b’mod virtwali.

“Ser nagħmel dak kollu possibbli biex nibqa’ f’kuntatt magħkom b’kull mezz possibbli f’dawn iċ-ċirkostanzi,” ikkonkluda Grech.