“Grazzja minn Alla li qabditni l-coronavirus” – Donald Trump

Donald Trump
By Gage Skidmore from Peoria, AZ, United States of America - Donald Trump

Read in English.

Il-President Amerikan Donald Trump iddikjara li l-fatt li qabditu l-coronavirus kienet “grazja minn Alla” li esponietu għal kura sperimentali li wiegħed li se jkunu b’xejn għall-Amerikani kollha. Dan qalu f’diskors f’filfat maħruġ mill-White House lbieraħ.

Trump, li jinsab ħerqan biex jagħti spinta lill-kampanja elettorali tiegħu jumejn wara li ġie rilaxxat mill-isptar militari Walter Reed, irrepeta kemm-il darba li jħossu tajjeb ħafna u li qed jirkupra sew mill-COVID-19, il-marda kkawżata mill-coronavirus. Mhux ċar jekk hu għadux pożittiv għall-vajrus.

“Nemmen li din grazzja minn Alla. Għalkemm tidher bħala xi ħaġa ta’ inkwiet, fil-verità hija xi ħaġa pożittiva”, qal Trump, li spjega li l-użu tal-mediċini provduti minn Regeneron Pharmaceuticals Inc ippermettewlu jifhem direttament kemm dawn huma effettivi. Fid-diskors tiegħu semma wkoll mediċini simili minn Eli Lilly and Co.

Trump jinsab taħt kritika qawwija għar-rispons mhux f’waqtu li kellu għall-pandemija u li qatlet aktar minn 210,000 Amerikan u għall-fatt li qed ipoġġi lill-persunal tiegħu stess billi ma jippromwovix l-użu tal-maskri fil-White House u matul il-kampanja elettorali.

“Irrid nipprovdilkom dak li ħadt jien. U se nagħmilha b’xejn”, qal Trump, li f’mument minnhom irrefera għall-mediċina li għadha ma ġietx approvata bħala “kura”.