​“Grazzi għalik qed inħossni xiħa” – ir-Reġina

Ir-Reġina Eliżabetta t-Tieni "irringrazzjat" lill-Prim Ministru Kanadiż talli fi kliema “ġiegħlha jħossha daqshekk xiħa”.
Dan kien kumment umoristiku li għaddiet ilbieraħ filgħaxija r-Reġina waqt pranzu, b’reazzjoni għall-kumment tal-Prim Ministru Kanadiż Justin Trudeau.
Huwa qal li l-ewwel dehra pubblika tar-Reġina fil-Kanada kienet fl-1935 meta kienet dehret fuq bolla. Dak iż-żmien ir-Reġina kellha 9 snin.
Malli spiċċa d-diskors tiegħu, ir-Reġina qaltlu “Grazzi talli qed iġġiegħlni nħoss lili nnifsi daqshekk xiħa”. Għal dan l-udjenza preżenti nfexxet f'ċapċipa kbira.
Jidher li l-Prim Ministru Kanadiż rrealizza li r-Reġina forsi ma ħaditx daqshekk gost b’dan il-kumment tiegħu, tant li fuq Twitter qal “Għall-kuntrarju Reġina, inti tibqa’ żagħżugħa għal dejjem. Ħassejtni onorat fil-preżenza tiegħek b’rikonoxximent għas-servizz li tajt matul ħajtek”.