“Grazzi talli tħobbni bid-difetti u l-imperfezzjonijiet kollha tiegħi” – Christine lil Francesco

Ritratt: Facebook/ChristineHaber

Awguri lill-preżentatriċi u attriċi Christine Haber li llum qed tiċċelebra t-tielet anniversarju miż-żwieġ tagħha ma’ Francesco Catania, li konna narawh bħala attur f’sensiliet bħal Deja Vù, u li llum huwa ġurnalist ma’ Net News. Huma żżewġu bħal-lum il-15 ta’ Lulju tal 2017. Il-koppja għandhom ukoll tifla, Nina.

Fil-messaġġ tagħha għal din l-okkażjoni Christine, li sa ftit tax-xhur ilu konna qed narawha fil-programm Family Affair flimkien mal-ġenituri tagħha Eileen Montesin u Mark Haber, irringrazzjat lil żewġha talli jħobbha bitd-difetti u l-imperfezzjonijiet kollha tagħha.

Hi kkummentat ukoll li minkejja t-tlajja w inżul, dejjem għażlu lil xulxin.

Ritratt: Facebook/ChristineHaber

Nawgurawlhom l-isbaħ xewqat f’dan il-jum u anke għas-snin li ġejjien.