“Grazzi talli int kif int” – Deborah lil Mark

Mark u Deborah

Awguri lil Mark Laurence Zammit li llum qed jiċċelebra għeluq it-28 sena tiegħu. Twieled bħal-lum it-13 ta’ April 1992.

Illum kellha tkun ġurnata ferm differenti għal Mark u t-tfajla tiegħu Deborah għax fil-fatt kellhom ikunu qed jiċċelebraw dan il-jum f’Ruma.

“Suppost illum kellna nkunu qegħdin induru Ruma iżda l-ħajja ppjanat differenti. Iżda dan ma jimporta xejn. L-importanti li ninsabu flimkien,” hekk kitbet Deborah lil Mark fil-messaġġ ta’ awgurju tagħha lill-preżentatur ta’ Xarabank.

Hija rringrazzjatu wkoll tal-persuna li huwa u qed tħares ‘il quddiem li jiċċelebraw aktar birthdays flimkien.

Awguri Mark.