“Grazzi talli int is-sors ta’ mħabba għal bintna” – Il-PM lil martu

Dr Lydia Abela llum għalqet 42 sena.

Żewġha l-Prim Ministru Robert Abela rringrazzjaha ta’ kulma tagħmel miegħu u ma’ binthom Giorgia Mae. Sejħilha l-ispalla tiegħu u sors ta’ mħabba.

Nawgura l-isbaħ xewqat f'għeluq snin marti Lydia Abela. Grat talli dejjem sibtek ta' spalla miegħi u bħala sors ta' mħabba għat-tifla tagħna Giorgia Mae.

Posted by Robert Abela on Sunday, October 18, 2020

Giorgia Mae ħmiet kejk għal ommha f’għeluq sninha. F’messaġġ imxandar fuq Facebook, hija qalet lil ommha li peress li hi tagħmel ħafna għaliha, għal għeluq sninha xtaqet tagħmlilha kejk.

Grazzi tal-messaġġi tagħkom, tal-kartolini u tal-awguri fuq il-midja soċjali. L-imħabba u l-ħlewwa tagħkom timlini…

Posted by Lydia Abela on Sunday, October 18, 2020

Dr Lydia Abela twieldet fl-1978 f’familja Bormliża ta’ ħamest itfal. Hija avukata, u ltaqgħet ma’ żewġha Robert waqt li t-tnejn kienu qed isegwu l-kors tal-liġi fl-Università. Iżżewġu fl-2008.

Fl-2010, Dr Abela nħatret Segretarja Eżekuttiva tal-Partit Laburista, u baqgħet tokkupa din il-kariga sa Jannar li għadda meta żewġha laħaq Prim Ministru.