“Grazzi talli ħabbejtni kif jien” – Janvil

Ritratt: Facebook/Janvil

Illum jum speċjali għall-artist Ian James Vella, magħruf aktar bħala Janvil. Dan għaliex huwa u martu Nadine għalqu 20 sena miżżewwġa. Il-koppja għandhom żewġ ulied, Jade u Craig Roy.

Ritratt: Facebook/Janvil

Permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook, Janvil, li nhar ta’ Sibt narawh jippreżenta l-ispettaklu The Entertainers fuq l-istazzjon Net, huwa rringrazzja lil martu talli ħabbitu għall-persuna li hu, kif ukoll talli dejjem tkun hemm għalih.

Ritratt: Facebook/Janvil

Apparti li huma miżżewwġin lil xulxin u għandhom żewġt ulied, Janvil u Nadine kienu wkoll żeffiena u kienu jikkompeti bħala koppja f’bosta kompetizzjonijiet lokalment u barra minn Malta.

Għal ħames snin konsekuttivi kienu rebbieħa tat-titlu tal-Malta Dancing Champions.

Awguri lil Janvil u Nadine għal aktar snin feliċi flimkien.