“Grazzi talli għadek tħobb bla qies” – Caritas lil Mons. Grech

Read in English.

Caritas Malta llum fakkret għeluq il-91 sena ta’ Mons. Victor Grech, li għal 37 sena serva bħala direttur għal din il-Fondazzjoni. Huwa twieled nhar id-19 ta’ Ottubru tal-1929.

Mons. Grech kien ukoll wieħed mill-fundaturi tal-Caritas Europa u kien ukoll iservi fil-Bord tal-Caritas Internationalis u Caritas Europa matul il-perjodu li l-Caritas Europa, fil-format legali attwali tagħha, ġiet stabbilita.

Fil-messaġġ tagħha, Caritas Malta kitbet li llum hi ġurnata speċjali għall-familja tagħhom u għas-soċjeta Maltija. Filwaqt li awgurawlu mill-qalb irringrazzjawh tal-għotja tiegħu ta’ mħabba lill-bniedem fil-bżonn.

“Grazzi talli għadek tħobb bla qies. Nawgurawlek ġurnata sabiħa. Inwiegħduk li l-opra tiegħek permezz ta’ Caritas Malta tkompli tissaħħaħ u sservi lil persuni vulnerabbli. Inħobbuk ħafna,” kompla jgħid il-messaġġ.

Ritratt: Facebook/CaritasMalta

Nawguraw l-isbaħ xewqat lil Mons Victor Grech f’għeluq sninu.

Ad multos annos!