“Grazzi talli dejjem emmint fija” – Kyle lil Ray

Bosta huma l-messaġġi ta’ awgurju li Ray Mercieca qiegħed jirċievi llum f’ojjażjoni ta’ għeluq id-59 sena tiegħu. Huwa twieled bħal-lum, il-21 ta’ Mejju tal-1961.

Fost dawk li awguraw lill-kantant ta’ The Characers u The Riffs, kif ukoll wieħed mill-erba’ mentors tal-ewwel żewġ edizzjonijiet ta’ X Factor Malta kien hemm il-kantant Kyle Cutajar.

“Nawgura l-isbaħ xewqat lil Ray Mercieca, il-mentor tiegħi, kif ukoll il-ħabib tiegħi li nqies bħala ħija. Nirringrazzjah talli dejjem emmen fija, sa mir-room audition sal-finali tal-X Factor hekk kif baqa’ dejjem jimbuttani biex nagħti l-aħjar tiegħi,” kiteb Cutajar waqt li żied jgħid ukoll li Mercieca għallmu kif jemmen fih innifsu u jħalli l-passjoni tfur f’qalbu.

“Ta dan jien nibqa’ dejjem grat. Jalla jkollok ġurnata mimlija ferħ u mħabba,” kompla jikteb fl-awgurju tiegħu.

Ritratt: Facebook/KyleCutajar

Awguri Ray!