“Grazzi tal-imħabba u r-rispett li tagħti lili u lil Nicole” – Debbie lil Matthew

Kien bħal-lum fid-29 ta’ Mejju tal-1993 li l-kantanta Debbie Scerri ngħaqdet fis-sagrament taż-żwieġ mar-raġel tagħha Matthew Vella. Huma għandhom tifla, Nicole, li s-sena l-oħra rrappreżentat lil Malta fil-kompetizzjoni tal-Miss World.

“27 sena għaddew bħal ħakka t’għajn,” kitbet il-kantanta lil żewġha f’dan il-jum li jfakkar l-anniversarju ta’ meta bdiet din l-avventura u li kif kompliet tgħid hi, “nerġa’ nagħmilha b’għajnejja magħluqa”.

Debbie, li fl-1997 kienet irrappreżentat lil Malta fil-Eurovision Song Contest bil-kanzunetta Let Me Fly, irringrazzjat b’mod pubbliku permezz tal-paġna tagħha fuq facebook, billi kitbet “Grazzi tal-imħabba ir-rispett u talli tieħu ħsiebi u ta’ Nicole. Inħobbok u jalla l-Mulej jagħtina ħafna aktar snin flimkien.”

Ritratt: Facebook/DebbieScerri

Awguri lil Debbie u lil Matthew f’dan il-jum speċjali.