“Grazzi tal-imħabba li titfa’ f’dak kollu li tagħmel għalija u għal Martina” – Antonella

Awguri lill-attur Joseph Galea li llum qed jiċċelebra għeluq is-46 sena tiegħu. Huwa miżżewweġ lill-attriċi u preżentattriċi Antonella Galea Loffreda li bi ftit umoriżmu llum iddedikatlu messaġġ biex tawguralu talli għalaq 23 sena fuq kull sieq.

“Grazzi tal-imħabba li titfa’ f’dak kollu li tagħmel għalija u għal Martina (it-tifla). Grazzi talli dejjem tissapportjana f’kulma noħolmu li nagħmlu. Żomm dejjem dik it-tbissima fuq fommok. Inħobbuk ħafna,” kompliet tiktiblu hi.

Ritratt: Facebook/AntonellaGaleaLoffreda

Joseph kien beda t-taħriġ tiegħu fl-iskola tad-drama ta’ Mikelanġ Borg u kompla jistinka f’korsijiet anki fil-qasam tal-kitba tal-iskripts. Tħarreġ ukoll fil-vuċi mal-Mezzo-Soprano Marie Therese Vassallo.

Fuq it-televiżjoni rajnieh f’sensiliet bħal Il-Pesta 1813, Fenomeni, F’Baħar Wieħed, Delitti Maltin, Mirjana Coljero u Pupi.

Dan minbarra d-diversi produzzjonijiet teatrali li ħa sehem fihom li ttellgħu fid-diversi teatri lokali. Fi żmien il-karnival, Joseph ikun impenjat fil-produzzjoni tal-Qarċilla.

Nawguraw lil dan iż-“żagħżugh” l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu.