“Grazzi tal-ħsibijiet u t-talb tagħkom” – Greta Gusman

Il-qagħda tal-kantant u preżentatur maħbub Enzo Gusman baqgħet l-istess hekk kif hu għadu qed jinżamm għall-kura intensiva wara li sofra minn waqgħa ftit tal-jiem ilu. Dan ħabbritu Greta Gusman, it-tifla tal-kantant Enzo, permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tagħha ta’ Facebook fejn irringrazzjat lil dawk kollha li ħasbu f’missierha f’dan il-mument partikolari.

Hi appellat lil kulħadd biex ikomplu jitolbu għalih.

Intant, nappellaw ukoll biex is-segwaċi ta’ Enzo Gusman iħallulu messaġġ ta’ kuraġġ proprju f’din il-paġna, liema messaġġi ikunu miġbura fuq paġna waħda u b’hekk ikunu jistgħu jaslu għand Enzo u l-familja tiegħu.

Kuraġġ Enz!