Il-kantanta Għawdxija Pamela Bezzina llum qed tiċċelebra t-tieni sena anniversarju ta’ żwieġ tagħha ma’ Alex Debono.
Fil-messaġġ tagħha Pamela ddeskriviet il-15 ta’ Diċembru ta’ sentejn ilu bħala l-isbaħ ġurnata ta’ ħajjietha għax fiha żżewġet lir-raġel tal-ħolm tagħha.
“Nirringrazzja l’Alla kull ħin għal dak il-mument li xi ħaġa maġika ġibditna lejn xulxin u bqajna sakemm indunajna li ma nistgħux noqogħdu mingħajr xulxin u l-istorja tagħna ssiġillat f’din il-ġurnata! Grazzi ta’ kull ġurnata qalbi – inti kollox għalija! Grazzi ta’ l-imħabba nfinita u tar-rispett u l-ġenwinita’ tiegħek, u ta’ kemm tieħu ħsiebi!” kompliet tikteb hi.
“Illum nażżarda ngħid li nħobbok ħafna iktar anke minn dakinhar, għax l-imħabba għalik tibqa’ titkattar minn jum għal jum! J’Alla l-Mulej jagħtina l-għomor u s-saħħa sabiex nibqgħu ingawdu lil xulxin, fir-risq it-tajjeb u l-ħażin, imma dejjem biswit xulxin, għax m’hemmx post ieħor li rrid inkun! Inħobbok qalbi – immens – b’qalbi kollha, għal ħajti kollha,” temmet tgħid hi.
L-istudenti kantaw kanzunetti biex jawguraw lill-Arċisqof Emeritu u anke qraw poeżija għall-okkażjoni miktuba minn Ms Mary Grace Grech, l-għalliema tal-Mużika.
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue to use this site we will assume that you are happy with it.OkCookies Policy