“Grazzi ta’ dak kollu li tagħmel għall-familja” – Adrian lil Evelyn

Adrian Saliba u Evelyn Saliba La Rosa

Jum speċjali għall-koppja Adrian Saliba u Evelyn Saliba La Rosa li nafuhom fil-qasam tax-xandir permezz ta’ numru kbir ta’ produzzjonijiet li tellgħu matul is-snin. Illum qed jiċċelebraw għeluq it-18-il sena minn mindu wegħdu mħabbithom lil xulxin.

“Bħal-lum 18-il sena ilu kien wieħed mill-jiem l-aktar importanti ta’ ħajti. Dakinhar iżżewwiġt lilek Evelyn. Grazzi għal dak kollu li tagħmel għall-familja tagħna. Inħobbok” kitbilha f’messaġġ ta’ awgurju aktar kmieni llum waqt li żied ukoll il-bews mingħand binhom Jamie.

Ritratt: Facebook/AdrianSaliba

Awguri lil din il-koppja li bħalissa qed ituna żewġ sensiliet ta’ drama, F’Ġieħ L-Imħabba li l-aħħar puntata tiegħu għal dan l-istaġun jixxandar illejla fid-9pm fuq TVM, kif ukoll is-serje Ħbieb u Għedewwa li qed tixxandar fuq Melita Cable, Channel 315 mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-3.45pm.

Lil Evelyn qed narawha wkoll fir-repetizzjoni tas-sensiela Ġiżelle li reġgħet bdiet tixxandar mis-Sibt li gaħdda fuq l-istazzjon One. Apparti li tinterpreta l-karattru ta’ Vivienne, hija wkoll waħda mill-awturi tas-sensiela li kienet bdiet tixxandar fl-2006.

Awguri lil Adrian u lil Evelyn f’dan il-jum tassew speċjali.