“Lill-papà fantastiku tiegħi. Happy Birthday. Grazzi ta’ dak kollu li tagħmel għalina. Il-ġurnata t-tajba. Inħobbok ħafna”.
Dan huwa l-messaġġ li d-direttur ta’ bosta drama lokali Adrian Saliba rċieva dalgħodu mingħand ibnu Jamie, li s-sena l-oħra rajna f’xi puntati mis-sensiela F’Ġieħ L-Imħabba.
Adrian twieled bħal-lum l-24 ta’ Novembru tal-1974 u llum għalaq 46 sena. Huwa l-ikbar fost iż-żewġt ulied ta’ Joyce Saliba. Warajh hemm ħuh Stefan.

Adrian idderieġa wkoll sensiliet bħal Katrina, Ħbieb u Għedewwa, Emilja u D.R.E.A.M.S, kollha għal Rewind Productions.
Bħalissa fuq TVM qed naraw żewġ sensiliet oħra li għandhom id-direzzjoni tiegħu, Sorelle u F’Ġieħ L-Imħabba.
Apparti li jidderieġi, lil Adrian rajnieh ukoll bħala attur f’diversi sensiliet fosthom bħala Johnny l-Mutu fis-sensiela Ġiżelle, li bħalissa qed terġa tixxandar nhar ta’ Tnejn fuq One TV, kif ukoll bħala l-Ispettur Psaila fis-sensiela Ħbieb u Għedewwa li l-episodji mill-aħħar staġun bħalissa qed jerġgħu jixxandru fuq Melita More.
Adrian ilu mill-20 ta’ April tal-2002 miżżewweġ lil Evelyn Saliba La Rosa.
Nawgurawlu l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu.