“Grazzi Mulej talli llum wassaltna għal dan il-jum speċjali” – Mario Micallef

Awguri lill-koppja Mario u Nathalie Micallef li proprju llum qed jiċċelebraw il-50 sena anniversarju minn mindu żzewġu. Huma fil-fatt iżżewġu fis-16 ta’ Awwissu tal-1970.

“Grazzi Mulej talli llum wassaltna għal dan il-jum speċjali. Jum li jimmarka l-50 Anniversarju taż-żwieġ tagħna,” ikkummenta Mario, li f’Ottubru se nkunu qed inkomplu narawh fis-sensiela F’Ġieħ L-Imħabba (mit-Tlieta 29 ta’ Settembru) u se narawh jidħol mill-ġdid fil-karattru tal-Ispettur Bonnici fis-sensiela L-Ispettur ta’ Mario Philip Azzopardi (mit-Tnejn 28 ta’ Settembru).

Mario u Nathalie kienu żżewġu fil-knisja ta’ San Pawl il-Belt u r-reception kienet saret iċ-Civil, il-Belt stess. Il-koppja Micallef huma ġenituri ta’ tnejn Gordon u Alycia, u nanniet ta’ Nico.

Nawguraw lil koppja Micallef aktar snin ta’ mħabba.