“Grazzi Mulej talli berikt il-familja tagħna b’miraklu ieħor”

Awguri lill-kantanta Eleanor Cassar u r-raġel tagħha, il-mużiċist Carl Matthew Camilleri, hekk kif dalgħodu saru ġenituri għat-tielet darba.

“Grazzi Mulej talli beriky il-familja tagħna b’miraklu ieħor. Aħna kuntenti għaż-żieda fil-familja tagħna. It-tarbija Andreas Carlo twieldet kmieni llum u sejra tajjeb,” kiteb fil-messaġġ tiegħu ir-raġel tal-kantanta li kompla jżid jgħid li martu għamlet xogħol isbaħ ieħor.

“Ma hemm ebda kliem biex nirringrazzjak biżżejjed għal din it-tarbija sabiħa” kompla jgħid il-messaġġ tiegħu filwaqt li faħħar l-istaff ta’ Mater Dei għall-ħidma tagħhom.

“Kull vjaġġ huwa speċjali fil-mod tiegħu stess u llum jimmarka ġurnata oħra memorabbli u sabiħha f’ħajjitna. Merħba fid-dinja Andreas Carlo,” temm jgħid il-messaġġ.

Ritratt: Facebook/CarlMatthewCamilleri

Il-koppja, li ilha miżżewġa sa mill-2011, għandha żewġt ulied oħra, Krista Maraya u Benjamin Rocco.

Awguri għat-twelid taċ-ċkejken Andreas.