“Grazzi Mulej ta’ din il-barka” – Eliott

L-attur Eliott Micallef magħruf l-aktar għall-parti ta’ Franġisku fis-sensiela Division 7 li tixxandar nhar ta’ Erbgħa fuq One ħabbar li sar missier għall-ewwel darba. Hu u s-sieħba tiegħu Stephanie Vella kellhom tifla li se jkunu qed isemmu Nora.

“Grazzi Mulej ta’ din il-barka li ġibt fuqna biż-żieda tal-membru ġdid fil-familja tagħna! L-għażiża sabiħa tagħna Nora” kiteb l-attur waqt li ħabbar ukoll li kemm l-omm u anke t-tarbija jinsabu tajbin.

Elliot ħa l-opportunità biex irringrazzja l-istaff kollu ta’ Mater Dei speċjalment il-qabla li ħadet ħsieb il-proċess kollu biex it-tarbija titwieled.

Thank you Lord for Blessing us with our new addition to the Family… 🙏 Our Sweet little Baby Girl named 💗NORA💗Both…

Posted by Elliot Micallef on Monday, December 14, 2020

Awguri Eliott u Stephanie.