“Grazzi Mulej ta’ dawn l-aħħar 20 sena” – Antonella Galea Loffreda

Jum speċjali għall-koppja Joseph Galea u Antonella Galea Loffreda, li nafuhom bħala atturi u preżentaturi. Illum jaħbat l-20 sena anniversarju tat-tieġ tagħhom.

Ritratt: Facebook/JosephGalea

“20 sena għaddew illum mindu ddeċidejna li naqsmu ħajjitna flimkien. Inħarsu ‘l quddiem lejn aktar snin flimkien,” kiteb Joseph fuq il-paġna tiegħu fuq is-sit soċjali Facebook.

Ritratt: Facebook/JosephGalea

“Grazzi Mulej talli beriktna b’20 sena żwieġ. Inħobbok Ġuż,” kitbet ukoll Antonella, li bħalissa qed narawha wkoll fis-sensiela Division 7, kull nhar ta’ Erbgħa fuq l-istazzjon One.

Bla dubju li l-koppja Galea apprezzat ukoll il-messaġġ ta’ awgurju mingħand binthom Martina.

Ritratt: Facebook/JosephGalea

Awguri Joseph u Antonella, għal ħafna aktar snin flimkien!