“Grazzi Mulej ta’ dan ir-rigal” – Alex Agius Saliba

agius saliba

Awguri lill-Ewro Parlamentari Alex Agius Saliba li jumejn ilu sar missier għall-ewwel darba hekk kif il-mara tiegħu Sarah welldet tifla, li semmew Amelia.

“Hija l-isbaħ ġurnata f’ħajjitna” ikkummenta Agius Saliba hekk kif fid-29 ta’ Lulju ħabbar b’mod uffiċjali li hu u martu kienu saru ġenituri.

Iċ-ċkejkna flimkien ma’ ommha issa tinsab ukoll fid-dar fejn se tkun qed titrabba b’imħabba u għożża.

Agius Saliba rringrazzja lill-istaff kollhu tad-Delivery Ward u OBS1 tal-paċenzja u l-imħabba li urew magħhom matul il-jumejn illi għaddew. Kompla wkoll b’ringrazzjamenti lil Dr Karl Cutajar li kien qed jieħu ħsiebhom fl-aħħar xhur. Irringrazzja wkolllil qraba taż-żewġ familja kif ukoll lil dawk kollha li f’dawn l-aħħar jumejn ferħu magħhom għat-twelid taċ-ċkejkna Amelia li huwa ddeskriva bħala “l-prinċipessa tagħhom”.

Agius Saliba temm il-messaġġ tiegħu b’ringrazzjament speċjali hekk kif kiteb “Grazzi Mulej ta’ dan ir-rigal!”

Lura d-dar ma’ Amelia 🏠❤️Grazzi lill-istaff kollhu tad-Delivery Ward u OBS1 tal-paċenzja u l-imħabba li urew magħna u…

Posted by Alex Agius Saliba on Friday, July 31, 2020

Awguri lill-koppja Agius Saliba għat-twelid taċ-ċkejkna Amelia.