“Grazzi Mulej għal dan il-miraklu”

Ritratt: Facebook/RaissaGrech

Awguri lill-attriċi Raissa Grech u żewġha Leighton li fl-20 ta’ April saru ġenituri għall-ewwel darba. Huma kellhom tifla li semmew Layla Reeve.

“Grazzi Mulej għal dan il-miraklu” kiteb Leighton fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook filwaqt li kkonferma li kemm iċ-ċkejkna kif ukoll martu jinsabu tajbin.

Lil Raissa nafuha fis-sensiela Klassi Għalina fejn hi tinterpreta l-karattru ta’ Whitney. It-tim tal-produzzjoni aktar kmieni llum feraħ lil Raissa u lil żewġha għaż-żieda fil-familja tagħhom.

Bħalissa Klassi Għalina qed jixxandar kemm fuq l-istazzjon One, kif ukoll fuq l-istazzjon Melita More, Cable Channel 315.

F’data li għandha titħabbar aktar ‘il quddiem Klassi Għalina se jkun qed jasal lura għall-aħħar kapitlu permezz tal-film Klassi Għalina Vs Dragula.

Bla dubju iżda li Raissa issa se tkun ferm aktar impenjata fir-rwol ġdid tagħha ta’ omm.

Awguri lil Raissa u lil Leighton.