“Grazzi Ma li tajtni l-ħajja. Inħobbok u nimmissjak” – Alfred

Awguri lill-preżentatur popolari, kif ukoll Sindku tal-Belt Valletta Alfred Zammit li llum qed jiċċelebra għeluq sninu. Twieled bħal-lum id-19 ta’ Novembru tal-1969.

Il-ġurnata bdieha billi rringrazzja lil ommu Helen talli tagħtu l-ħajja. Hu rrimarka li jimmissjaha. Omm Alfred ħallietna f’Jannar tal-2018.

Alfred huwa personalità maħbuba ferm u matul is-snin mexxa numru ta; programmi fuq ir-radju u t-tv fosthom Bla Stress, Burdati, Sibt Kumpanija, Fuq Tlieta Toqgħod il-Borma, Teletophia u ovvjament il-programm ta’ kuljum wara nofsinhar Kalamita.

Nawgurawlu l-isbaħ xewqat x’għeluq sninu.