“Grazzi lill-Eroj tal-Ewropa” – il-Prim Ministru

Illum il-Prim Ministru Dr Joseph Muscat laqa’ fil-Berġa ta’ Kastilja lill-uffiċjali tal-Forzi Armati ta’ Malta li nhar il-Ġimgħa li għadda salvaw 146 immigrant irregolari mill-baħar.

Il-Prim Ministru qal li dwar l-immigrazzjoni irregolari, il-Gvern għandu pjan konkret li jagħmel pressjoni fil-Kunsill Ewropew tal-aħħar ta’ dan ix-xahar.

Huwa qal li bħalissa ma jidhru l-ebda sinjali pożittivi u li l-Gvern qatt mhu se jgħid li jinsab sodisfatt jekk ma jkunx.

Sostna li l-Libja hija parti mis-soluzzjoni u mhix il-problema f’din il-kwistjoni. Saħaq li Malta u l-Italja ma jistgħux jitħallew waħedhom f’din is-sitwazzjoni.

Il-Prim Ministru rringrazzja lis-suldati għall-ħidma tagħhom u sejħilhom “l-eroj tal-Ewropa”.

Ritratt: DOI – Saviour Cassar