“Grazzi; Inwegħidkom il-lealtà tiegħi lejn il-Partit” – Fearne

Miguela Xuereb

Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne rringrazzja lill-eluf ta’ Laburisti li vvutawlu fl-ewwel kliem pubbliku tiegħu wara t-telfa tal-elezzjoni għal mexxej tal-Partit Laburista.

Ilbieraħ saret l-elezzjoni għal mexxej, li rebaħha l-Membru Parlamentari Robert Abela b’57.9% tal-voti, filwaqt li l-avversarju tiegħu Chris Fearne kiseb 42.1%.

Fearne kiteb messaġġ fuq Facebook ftit minuti ilu, li fih irringrazzja lil-Laburisti li wrew fiduċja fih. Huwa wiegħed il-lealtà tiegħu lejn il-Partit Laburista u l-valuri tiegħu.

Nirringrazzja lill-eluf ta’ Laburisti li wrew fiducja fija. Inwieghdkom il-lealta' tieghi lejn il-partit u l-valuri taghna.

Posted by Chris Fearne on Sunday, January 12, 2020

Robert Abela mistenni jagħmel l-ewwel diskors tiegħu bħala Mexxej tal-Partit Laburista llum fl-4pm fil-Padiljun Sportiv f’Raħal Ġdid. Għada jieħu l-ġurament tal-ħatra bħala Prim Ministru ta’ Malta.

Fil-messaġġ tiegħu, il-Prim Ministru Joseph Muscat illum qal li Abela huwa wieħed mill-aqwa mħuħ li qatt iltaqa’ miegħu, u rringrazzja lil Fearne tal-kontribut tiegħu lejn il-Partit u l-pajjiż.