“Grazzi Godfrey u Marlene Farrugia tad-dedikazzjoni tagħkom” – PD

Read in English.

Il-Partit Demokratiku rringrazzja uffiċjalment lill-Membri Parlamentari Godfrey u Marlene Farrugia wara li t-tnejn li huma rriżenjaw mill-partit.

Il-Ħadd li għadda, il-MP ħabbru li rriżenjaw mill-PD. Qalu li għamlu dan biex jagħtu ċans li l-partit jinbena f’wieħed ideali għall-elettorat qabel Elezzjoni Ġenerali oħra. Il-koppja żvelat li l-futur tagħha se tkun lil hinn mill-politika.

Aqra: Marlene u Godfrey Farrugia jirriżenjaw mill-PD

Fi stqarrija, il-partit qal li ma għandux dubju li huma se jkomplu jaħdmu bis-sħiħ fil-Parlament Malti. Il-koppja qalet li se tibqa’ twettaq xogħolha fil-parlament sa tmiem il-leġiżlatura. Huma qalu li lanqas bi ħsiebhom jikkontestaw aktar elezzjonijiet.

Il-partit qal li se jkompli l-ħidma tiegħu sabiex jissielet għall-preservazzjoni tad-demokrazija.