“Grazzi għalik erġajt sibt it-tbissima”

Ritratt: Facebook/AngelleFarrugia

Wieħed mid-direttur tas-sensiela L-Għarusa llum qed jiċċelebra għeluq snin. Justin Farrugia ta’ Sharp Shoot Media qed jiċċelebra għeluq is-36 sena tiegħu. Twieled bħal-lum fl-1984.

Fost il-messaġġi ta’ awgurju f’għeluq sninu llum insibu dak tal-mara tiegħu Angelle li ddeskrivietu bħala raġel mimli talenti u b’qalb tad-deheb li għandha l-unur isejjaħlu żewġha.

“Grazzi għalik erġajt sibt it-tbissima li xi kultant kienet tkun mgħottija bi sħab griż.”

Ritratt: Facebook/Justin Farrugia

Awguri Justin f’dan il-jum.

Intant illejla tistgħu ssegwu episodju ieħor ta’ L-Għarusa li jixxandar fid-8.50pm fuq TVM.