Graziella u Fallon Mallia – iż-żewġ nisa li tilfu ħajjithom fl-Imġarr

Iż-żewġ nisa li tilfu ħajjithom fl-inċident fatali li seħħ ilbieraħ fl-Imġarr ġew identifikati bħala Graziella u Fallon Mallia, omm u bintha.

F’messaġġ fuq il-paġna ta’ Facebook, is-Soċjetà Filarmonika Maria Mater Gratia f’Ħaż-Żabbar spjegat li Graziella Mallia ta’ 53 sena kienet eks-bandista tas-soċjetà. Fallon, ta’ 31 sena, kienet passiġġiera fil-karozza misjuqa minn ommha flimkien ma’ tliet passiġġiera oħrajn.

Intant, il-kunsillier tal-Partit Nazzjonalista fil-Kunsill ta’ San Ġiljan, Clayton Luke Mula, sostna li jinsab ixxokkjat bit-telfa taż-żewġ nisa filwaqt li wassal il-kondoljanzi tiegħu lill-qraba tal-vittmi.

X’ġara lbieraħ?

Ħabta bejn żewġ karozzi fi Triq l-Imġarr ilbieraħ filgħaxija, sewa l-ħajja ta’ żewġ nisa, filwaqt li ħalla tifel ta’ 12-il sena u mara anzjana jissieltu għal ħajjithom u ħames persuni midruba.

Aqra: Aġġornata(3): Filmat: 2 mejta; 2 fil-periklu tal-mewt u 4 midruba fl-Imġarr

Iż-żewġ persuni li tilfu ħajjithom kienu mara ta’ 53 sena residenti Ħaż-Żabbar u passiġġiera li kienet magħha ta’ 31 sena minn Ħaż-Żabbar ukoll. Fl-istess karozza ta’ għamla żgħira kien hemm erba’ passiġġiera oħra.  Tifel ta’ 12-il sena u anzjana ta’ 77 sena minn Ħaż-Żabbar li t-tnejn qed jissieltu għal ħajjithom. Intant persuna oħra ta’ 44 sena mill-Gżira fl-istess karozza sofriet minn ġrieħi gravi, filwaqt li persuna ta’ 29 sena minn Tas-Sliema ma sofriet l-ebda ġrieħi.

Fil-karozza li ma kienx hemm fatalitajiet kien hemm erba’ persuni. Il-persuna li kienet qed issuq il-karozza, li għandha 31 sena u residenti l-Mosta, sofriet minn ġrieħi gravi. Magħha kien hemm tliet minuri ta’ 11, 10, u tarbija ta’ sena. It-tfal ta’ 11 u ta’ sena sofrew minn ġrieħi gravi, filwaqt li l-minuri ta’ 10 snin sofra minn ġrieħi ħfief.

X’qed jgħidu n-nies fuq Facebook dwar iż-żewġ nisa?

Rest in peace dear Graziella and Fallon Mallia. May the Lord grant strength to your loved ones at this very difficult moment.

Posted by Alan Abela-Wadge on Sunday, April 14, 2019

Taħt xokk dalgħodu.Fallon Mallia u Graziella Mallia strieħu fis-sliem.Kuraġġ lill-familjari kollha f'dawn il-mumenti ta' sogħba.Agħtihom O Mulej il-Mistrieħ ta' Dejjem.

Posted by Clayton Luke Mula on Sunday, April 14, 2019

Is- Societa' Filarmonica Maria Mater Gratiæ Żabbar A.D. 1883 tixtieq twassal il-kondoljanzi tagħha lill-familja Mallia…

Posted by Società Filarmonica Maria Mater Gratiæ Żabbar AD 1883 on Sunday, April 14, 2019

Posted by Partit Nazzjonalista Żabbar on Sunday, April 14, 2019

Jiem ta’ dieqa għaż-Żabbarin. Kondoljanzi lill-familja Mallia għat-telfa ta’ Graziella u Fallon Mallia. Bla dubju li l-komunità Żabbarija qegħda magħkom f’dan il-mument diffiċli.

Posted by Kunsill Lokali Ħaż-Żabbar on Monday, April 15, 2019

Ixxukkjata bil-mewt ta' Graziella u Fallon Mallia. M'aħna ser ninsewkom qatt!Kondoljanzi lill-familja u l-qraba tagħhom f'dan il-mument daqshekk diffiċli.

Posted by Roberta Metsola on Sunday, April 14, 2019

L-ahbar kerha ta' dalghodu hasditna lkoll SOLIDARJETA mal-familja Mallia ghat-telfa tal-qraba taghhom Graziella u Fallon…

Posted by Grupp Armar Żabbar AD 1988 on Sunday, April 14, 2019