Graziella Galea tinħeles mill-NAO; iżda hemm nuqqasijiet

Investigazzjoni tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) ħelset lill-eks Sindku ta’ San Pawl il-Baħar Graziella Galea u kkonkluda li hi ma użatx l-influwenza tagħha biex tikseb xi vantaġġ għal qligħ personali.

L-NAO ntalbet tanalizza l-konklużjonijiet tal-Bord tal-Governanza dwar allegazzjonijiet li l-eks Sindku kienet qed taġixxi kontra l-Att dwar il-Kunsilli lokali u r-regolamenti finanzjarji. Dawn l-allegazzjonijiet tressqu mill-minority leader tal-istess lokalità.

Ir-rapport tal-NAO jikkonkludi li filwaqt jaqbel mal-konklużjonijiet tal-bord fuq seba’ allegazzjonijiet li saru, primarjament dwar nuqqas amministrattivi iżda ma jaqbilx mad-deċiżjoni tal-bord li kien hemm ksur tar-regolamenti finanzjarji wara li l-eks Sindku ma talbitx mid-term audit għax dan ma kienx meħtieġ.