Gravi ż-żagħżugħ li ttajjar fl-Għasri

Żagħżugħ Franċiż li ttajjar minn karozza fl-Għasri ilbieraħ filgħaxija qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

Iż-żagħżugħ ta’ 17-il sena ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li ntlaqat minn karozza fl-Għarb.

Żagħżugħ jintlaqat minn karozza fl-Għasri

L-inċident seħħ fil-5.15pm fi Triq l-Għarb. Il-karozza kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 41 sena mix-Xagħra.