Gravi wara waqgħa bil-mutur

CMRU

Raġel ta’ 34 sena weġġa’ gravi meta waqa’ minn fuq il-mutur tiegħu. L-inċident seħħ ilbieraħ għal ħabta tat-07.30pm fi Triq Għajn Tiffieħa, l-Imġarr.

Fi stqarrija, il-pulizija qalet li r-raġel minn Ħaż-Żabbar kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei.

Jidher li r-raġel kien qiegħed isuq mutur tal-ġiri – KTM 690SM, tilef il-kontroll u waqa’.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.