Fil-periklu tal-mewt wara li waqgħu folji tal-ħġieġ fuqu

Aġġornat 03:42 PM

Raġel ta’ 47 sena spiċċa fil-periklu tal-mewt meta waqgħu folji tal-ħġieġ fuqu waqt li kien qed jaħdem fil-Mosta.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li r-raġel residenti l-Mosta kien qed jaħdem fi Triq il-Ballut fil-Mosta. Ġiet infurmata bl-inċident għall-11am. Jidher li weġġa’ meta waqgħu xi folji tal-ħġieġ li kien qed iħott.

Ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna fuq il-post. Imbagħad ittieħed l-isptar b’ambulanza.

Infetħet inkjesta maġisterjali dwar il-każ.