Gravi wara li waqgħet bir-rota fil-Mosta

CMRU

Mara ta’ 38 sena weġġgħet gravi meta waqgħet bir-rota fil-Mosta, skont il-Pulizija.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li ġiet infurmata bl-inċident li seħħ fi Triq il-Kultellazz fit-8.20am. Il-mara hija mir-Renju Unit u toqgħod il-Mosta.

Il-mara ngħatat l-ewwel għajnuna minn tim mediku u mbagħad ittieħdet l-isptar Mater Dei bl-ambulanza.