Raġel ta’ 25 sena mis-Sirja qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ tliet sulari f’sit ta’ kostruzzjoni.
Fi stqarrija l-pulizija qalet li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.45pm fi Triq Carmel Mallia f’San Ġwann.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei fejn aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isfori minn ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għadha għaddejja fl-investigazzjonijiet dwar dan il-każ.