Gravi wara li waqa’ sular u nofs

Raġel ta’ 55 sena residenti Ħaż-Żebbuġ ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li waqa’ għoli ta’ sular u nofs.
Huwa ġie ċċertifkat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-inċident seħħ għal ħabta tal-10.30am fi Triq Għarram Ħaż-Żebbuġ stess.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll tim mediku marru fuq il-post. 

Ritratt: The Malta Police Force