Raġel weġġa’ gravi wara li waqa’ madwar sular f’sit ta’ kostruzzjoni fin-Naxxar.
Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li l-inċident seħħ fi Triq il-Katakombi għall-ħabta tal-10am. Il-Pulizija marru fuq il-post fejn sabu li r-raġel waqa’ waqt li kien qed jaħdem. Hu għandu 51 sena u residenti s-Siġġiewi.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei.