Gravi wara li waqa’ sular f’Ħ’Attard

Raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ għoli ta’ sular f’Ħ’Attard.

L-inċident ġara fi Triq Dun Mikiel Xerri għall-ħabta tad-9am.

Ir-Rumen ta’ 46 sena li joqgħod San Pawl il-Baħar kien qed iżarma xi oġġetti meta żelaq u waqa’ għoli ta’ sular. Fuq il-post issejħet ambulanza, kif ukoll pulizija biex jassistu.

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei b’emerġenza, fejn irriżulta li għandu ġrieħi gravi.