Gravi wara li waqa’ shutter fuqu

Arkivji

Raġel ta’ 44 sena residenti l-Kalkara sofra ġrieħi gravi meta waqa’ shutter fuqu. L-inċident seħħ f’ fabrika fil-limiti ta’ Għar Ħasan f’Birżebbuġia għall-ħabta tas-2.15pm.

Il-Pulizija u ambulanza ssejħu immedjatament fuq il-post, u r-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei.

Il-Pulizija qed tinvestiga dan il-każ.