Gravi wara li waqa’ mis-sellum f’Ħaż-Żebbuġ

Raġel jinsab f’qagħda gravi wara li waqa’ mis-sellum waqt li kien qed jagħmel xi xogħol fir-residenza tiegħu f’Ħaż-Żebbuġ.

Il-Pulizija fi stqarrija qalu li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-2pm fi Triq Frans Sammut f’Ħaż- Żebbuġ. Ir-raġel ta’ 65 sena ttieħed b’urġenza lejn l-isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li
qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.