Read in English.
Raġel weġġa’ gravi wara li waqa’ żewġ metri f’sit ta’ kostruzzjoni f’Ħal Qormi.
Fi stqarrija, il-Pulizija spjegat li l-inċident seħħ fil-5.20pm fi Triq l-Industrija. Kien spjegat li r-raġel barrani ta’ 45 sena residenti l-Imsida kien qed jaħdem f’sit ta’ kostruzzjoni f’din it-triq.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna. Hu ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.