Gravi wara li waqa’ mill-mutur f’Raħal Ġdid

Żagħżugħ ta’ 22 sena weġġa’ gravi meta waqa’ mill-mutur li kien qed isuq f’Raħal Ġdid.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li ġiet infurmata bl-inċident għas-1.30pm. L-inċident seħħ qrib ir-roundabout ta’ Vjal Sir Paul Boffa.

Iż-żagħżugħ, li joqgħod Ħ’Attard, ittieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza.