Gravi wara li waqa’ l-ħġieġ fuqu fil-Belt Valletta

Raġel weġġa’ gravi meta waqa’ xi ħġieġ fuqu fil-Belt Valletta, skont il-Pulizija.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li ntalbet l-assistenza tagħha għall-10.30am fi Triq Melita fil-Belt Valletta.

Ir-raġel li ndarab għandu 54 sena u huwa mill-Mosta. Ir-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei.

Il-Pulizija ma qalitx kif u minn fejn waqa’ l-ħġieġ. Il-każ qed jiġi investigat.