Read in English.
Raġel ta’ 62 sena waqa’ ġo xaft għoli sular fi blokka ta’ appartamenti fi Triq ir-Rabat fiż-Żebbuġ, Għawdex.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7pm tal-bieraħ filgħaxija.
Membri tal-Protezzjoni Ċivili u l-Pulizija ssejħu fuq il-post immedjatament, fejn ir-raġel ittieħed lejn l-Isptar Ġenerali t’Għawdex. Irriżulta li kien qiegħed isofri minn ġrieħi gravi, bi ksur f’xi partijiet ta’ ġismu.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet.