​Gravi wara li waqa’ biż-żiemel

Raġel ta’ 77 sena ġarrab ġrieħi gravi wara li “tilef il-kontrol taż-żiemel tiegħu” u nqaleb għal fuq ħajt.
Skont il-Pulizija, l-inċident seħħ għall-ħabta tad-9:00am fi Triq ir-Rabat, Ħad Dingli.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Ritratt: Arkivji